Daħħal iċ-Ċelloli
- Daħħal › Ċelloli u Folji
- Menu kuntestwali
Jagħmel post f'nofs folja billi jżid ċelloli u jimbotta dawk eżistenti fil-ġenb. Fil-menu, l-affarijiet l-oħra li tista' ddaħħal jiġu wara l-entrata Daħħal.
- Agħżel il-post fejn għandhom imorru ċ-ċelloli l-ġodda.
- Ikklikkja Daħħal: iċ-ċelloli jiċċaqilqu 'l isfel, jew lejn il-lemin jekk l-għażla tkun itwal milli hi wiesgħa.
- Biex tagħżel id-direzzjoni int, jew biex iddaħħal ringieli jew kolonni sħaħ, agħżel Daħħal iċ-Ċelloli… fost l-entrati li jiġu wara Daħħal fil-menu, jew agħfas Ctrl+Shift++ jew ikklikkja bil-lemin u agħżel Daħħal….
Suġġeriment Agħżel tliet ċelloli qabel ma tikklikkja u ddaħħal tlieta, għalhekk rari jkollok bżonn tirrepeti l-kmand.